Malti | English
 

Segretarjat għall-Kleru

Direttorat għall-Welfare

Laqgħat Ġenerali

Il-Laqgħat Ġenerali jiġu organizzati darba kull sentejn, fix-xahar ta’ Jannar. Għal dawn il-laqgħat jistgħu jattendu dawk li jkunu ilhom membri għal mhux anqas minn tlett (3) xhur. Ix-xogħol normali ta’ laqghat ġenerali għandu jkun ibbażat fuq dawn il- kriterji:

- Qari tal-Minuti;

- Approvazzjoni ta’ Rapport Amministrattiv u Finanzjarju;

- Elezzjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija;

- Diskussjonijiet fuq mozzjonijiet jew emendi jekk ikun hemm;

- Kull membru għandu jkun notifkat bil-laqgħa ġenerali mhux anqas minn ħmistax (15)-il ġurnata qabel id-data tal-laqgħa.

 

Laqgħat Ġenerali Straordinarji

Meta tinħass il-ħtieġa, iċ-Ċerperson bil-parir tal-kumitat, ikun jista’ jsejjaħ Seduta Ġenerali Straordinarja biex jiġu deċiżi affarijiet importanti w urġenti matul is-sena. Għal kull Seduta Ġenerali għandu jitwaħħal avviż fin-Notice Board u tintbagħat Ċirkulari bil-miktub lil kull membru tal-fund, mill-inqas ħmistax (15) –il ġurnata qabel is-seduta, bl-aġenda, id-data, l-ħin u l-post ta’ fejn tkun ser tinżamm il-laqgħa.

Laqgħa Ġenerali Straordinarja tista' tissejjaħ kemm-il darba jkun hemm talba bil-miktub minn mhux anqas minn ħamsa u għoxrin(25) fil-mija tal-membri mħallsa regolari, fejn għandhom jispeċifikaw bil-miktub it-talba tagħhom. Kull membru tal-fund li jkun jixtieq iressaqq xi proposta għas-Seduta Ġenerali għandu jagħmel dan bil-miktub mhux aktar tard minn għaxart' ijiem (10) qabel ma tkun ser tinżamm is-Seduta. Meta l-quorum ma jintlaħaqx, is-seduta tibda nofs siegħa tard. Wara ssir bin-numru tal-membri preżenti, u kull deċiżjoni li tittieħed tkun valida.

Iċ-Ċerperson, il-Kaxxier u s-Segretarju/a jibqgħu ex-officio jamministraw is-seduta sakemm jiġi mħabbar il-Kumitat il-ġdid.

 

Laqgħa Ġenerali Annwali u Nominazzjonijiet

Nhar it-Tnejn, 20 ta' Ottubru ser issir Laqgħa Ġenerali fiċ-Ċentru Parrokjali S. Piju X, Santa Luċija bejn 10:00am u l-11:30am. F'din il-laqgħa ser issir ukoll elezzjoni għal tlett membri fil-kumitat. Aktar informazzjoni għafas hawn.