Malti | English
 

Segretarjat għall-Kleru

Direttorat għall-Welfare

Sħubija

Il-qassisin kollha tad-Djoċesi ta’ Malta jistgħu jissieħbu f'din il-fund. Dawk il-membri li jirtiraw f’dar tal- anzjani jistgħu jibqgħu membri skond kundizzjonijiet li jista jagħmel minn żmien għal żmien il-kumitat tat-tmexxija. Is-Seminaristi jistgħu jsiru membri temporanji skond kundizzjonijiet li jista’ jagħmel, minn żmien għal żmien, il-kumitat tat-tmexxija.

Kull membru li jidħol fil-fund irid iħallas kontribuzzjoni ta’ €20 (għoxrin ewro) fis-sena. Din il-kontribuzzjoni tgħaddi għand il-kaxxier tal-fund li jieħu ħsieb li jiddepożita l-fondi f’kont bankarju f’isem il-fund. Kull qassis djoċesan għandu dritt li jidħol fil-fund. Kull membru jingħata rċevuta ta’ assoċjazzjoni mit-Teżorier u kopja tal-Istatut.

Membru li jiddeċiedi li jirriżenja mill-fund għandu jwassal bil-miktub ir-riżenja tiegħu lis-Segretarju tal-fund u jingħata lilu acknowledgement. Il-Kurja ta’ Malta twiegħed li tgħaddi lill-fund kull sena somma ta’ flus ekwivalenti għas-somma globali li l-membri jkunu ikkontribwew għall-fund.

Il-kumitat tal-fund għandu dritt jaċċetta kontribuzzjonijiet oħra volontarji u li jorganizza fund raising activities għal skopijiet tal-fund. Il-fund għandu dejjem ikollu bilanċ ta’ €2000 (elfejn ewro) f’riservi. Dawn għandhom jintużaw biss f’każijiet li għandhom bżonn trattament urġenti jew eċċezzjonali.

 

Niżżel il-formola għall-sħubija minn hawn

Niżżel il-formola biex iġġedded l-isħubija minn hawn