Malti | English
 

Segretarjat għall-Kleru

Direttorat għall-Welfare

Talbiet għall-Benefiċċji

Il-benefiċċji li l-membri tal-fund jistgħu jibbenefikaw minnhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat ta’ Tmexxija fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-fund. Dawn għandhom jinkludu fost l-oħrajn:

- Mard fit-tul;

- Assistenza waqt kura medika barra l-pajjiż;

- Xi mard ieħor li il-kumitat iħoss li għandu bżonn għajnuna;

- F’każ ta’ mewt ta’ membru tal-fund jew familjari, assistenza għall-ispejjeż tal-funeral;

- Kull bżonn ieħor li ġeneralment mhux provduti fi skemi oħra tal-Knisja jew tal-Istat.

 

Il-kumitat tal-fund għandu jistabbilixxi linja gwida ġenerali għall-għoti tal-benefiċċji. Dan il-fond m’għandux jitqies bħala alternattiva għal skemi jew poloz ta' assigurazzjoni fuq is-saħħa partikolarment jekk it-talbiet li jagħmlu ma jkunux aċċettati minn dawn l-iskemi provduti.

 

Niżżel il-formola għall-talba għall-benefiċċju minn hawn